Man Utd jirrifjutaw l-offerta ta’ Juventus għal Darmian

Manchester United irrifjutaw offerta ta’ Juventus sabiex id-difensur tagħhom Matteo Darmian jingħaqad b’self mal-Bianconeri. Skont dak li rrapporta The Sunday Express, ir-Red Devils lesti Ii jħallu lilll-plejer Taljan jitlaq iżda jixtiequ jbigħuh għal kollox.
B’hekk id-diriġenti Juventini se jkunu qed janalizzaw din l-idea minħabba li mhux sigriet illi l-kowċ Massimiliano Allegri jrid demm ġdid fid-difiża b’mod partikolari matul l-istaġun illi ġej.
Darmian għandu 28 sena u ilu mal-United tliet snin fejn fihom lagħab 50 partita u skorja gowl wieħed biss.