Man Utd jipprepara għal eżodu ta’ plejers fis-sajf illi ġej

Fil-ħarġa tal-gazzetta The Sun tal-bieraħ, artiklu li laqat l-għajn kien dak fejn intqal illi Manchester United huma lesti sabiex dan is-sajf ibiegħu xejn inqas minn disa’ plejers illi għandhom fl-iskwadra preżentement. Dawn huma Ander Herrera, Chris Smalling, Luke Shaw, Matteo Darmian, Daley Blind, Juan Mata, Anthony Martial, Phil Jones u Marouane Fellaini.
L-istess ġurnal sostna illi l-kowċ Jose Mourinho huwa lest sabiex jagħmel dak li ġie mlaqqam bl-Ingliż bħala l-maxi shopping għas-sena d-dieħla hekk kif bil-flus illi jdaħħlu r-Red Devils jistgħu wkoll jixtru elementi ġodda fit-tim.
Hekk kif il-futur ta’ Paul Pogba għadu mdendel, id-diriġenti tal-United qed jippreparaw somma kbira sabiex jiksbu l-firma ta’ Raphael Varene, Alex Sandro u Toni Kroos.