Man Utd jevalwaw lil Varane

Skont is-sit sportiv Spanjol Don Balon, Manchester United qed isusu wara d-difensur ċentrali ta’ Real Madrid Raphael Varane.
Ir-Red Devils ilhom isegwu l-progress tal-plejer Franċiż ta’ 24 sena u l-intenzjoni tad-diriġenti tal-klabb hu proprju li jiksbu l-firma tiegħu.
Huwa fatt magħruf illi l-kowċ tal-United Jose Mourinho jrid jirranġa xi affarijiet fid-difiża u Varane jista’ jkun is-soluzzjoni għall-istaġun illi ġej.
Varane ilu mal-Madrileni sa mis-sena 2011 u ġie akkwistat mingħand Lens. Huwa lagħab 40 logħba bil-flokk tat-tim nazzjonali Franċiż u skorja żewġ gowls.