Man Utd iridu lil Alex Sandro għas-sajf illi ġej

Il-winger ta’ Juventus Alex Sandro sar l-objettiv numru wieħed ta’ Manchester United għas-sajf illi ġej. Dan ħabbritu l-gazzetta The Manchester Evening News meta kkwotat lill-kowċ Jose Mourinho jgħid illi hu jrid plejer li jilgħab mal-linja xellugija.
Il-kowċ Portugiż abbanduna l-idea illi jġib winger għal dan ix-xahar minkejja illi ssemmew ħafna Danny Rose ta’ Tottenham u Kieran Tierney ta’ Celtic.
L-istess gazzetta minn Manchester tkompli tgħid illi jekk Mourinho jiddeċiedi li jbigħ lil Luke Shaw, il-plejer Brażiljan tal-Bianconeri jista’ jispiċċa f’Old Trafford.
Minkejja kollox Juventus mhux lesti illi jbigħuh kif ġieb u laħaq hekk kif qed jitolbu madwar €60 miljun sabiex jakkwistawh.