Man Utd ikomplu jiġru wara Ronaldo

Is-sit Spanjol Diario Gol żvela illi Manchester United għadhom ma qatgħux qalbhom illi jakkwistaw lill-eksstilla tagħhom Cristiano Ronaldo.
Ir-rapport iżid jgħid illi Ronaldo jinsab frustrat ma’ Real Madrid, partikolarment imdejjaq ħafna bl-attitudni tal-president Florentino Perez illi rrifjuta illi joffri kuntratt ġdid lill-plejer Portugiż b’salarju aqwa.
Fl-istess ħin ir-Red Devils ser jippruvaw jieħdu vantaġġ minn dan il-fatt hekk kif qed jippreparaw salarju ta’ €30 miljun kull staġun sabiex Ronaldo jerġa’ jirritorna lura f’Old Trafford.