Man United wara Meunier

Manchester United qed jippjanaw li jonfqu madwar 30 miljun lira sterlina sabiex jakkwistaw lid-difensur ta’ Paris St Germain Thomas Meunier.
Skont il-gazzetta Sunday Express, il-plejer ta’ 26 sena mhux qed isib post mat-tim li jilgħab f’Parc des Princes, iktar u iktar wara l-wasla ta’ Dani Alves.
B’hekk dan jista’ jikkonvinċi lil Meunier li jaċċetta l-offerta tar-Red Devils b’mod partikolari għax jingħaqad ma’ Jose Mourinho li jammirah ħafna bħala persuna.
Meunier huwa plejer internazzjonali Belġjan u fil-passat lagħab ukoll ma’ Standard Liege u Virton.