Man City wara Mahrez

Skont dak li rrapporta l-istazzjon Sky Sports, il-liders tal-klassifika tal-kampjonat Ingliż Manchester City qed jagħmlu li jistgħu sabiex qabel ma jagħlaq is-suq tat-trasferimenti fis-sigħat illi ġejjin iġibu lejn l-Etihad Stadium lill-plejer ta’ Leicester City Riyad Mahrez. 
Dan tal-aħħar talab lill-Foxes sabiex jitlaq minħabba illi jixtieq ifittex destinazzjoni oħra. Hu kien diġà pprova jagħmel dan fis-sajf meta Roma kienu tant interessati fih iżda għal xi raġuni jew oħra baqa’ jilgħab bil-flokk blu ta’ Leicester.
Madankollu issa li qed jinnota l-interess tac-Citizens, hu ser jagħmel minn kollox sabiex ma jitlifx dan iċ-ċans illi ġieh. 
Mahrez għandu 26 sena u jilgħab mat-tim nazzjonali Alġerin filwaqt illi ma’ Leicester rebaħ il-kampjonat fis-sena 2016.