Man City viċin l-akkwist ta’ Mahrez

Il-liders tal-kampjonat Ingliż Manchester City huma lesti illi jakkwistaw lill-plejer li jilgħab mal-linja xellugija Riyad Mahrez mingħand Leicester City. 
Skont is-sit Spanjol DonBalon, il-kowċ ta’ Sky Blues Pep Guardiola għandu l-intenzjoni illi jżid l-attakk tiegħu u l-firma tal-plejer Alġerin mistennija tasal f’Jannar illi ġej meta jerġa’ jiftaħ is-suq tat-trasferimenti. 
It-tim minn Manchester ġietu x-xoqqa f’moxtha meta kemm Roma kif ukoll Barcelona ma baqgħux aktar interessati fil-plejer u dan il-fatt ta lok għat-tim li jilgħab fl-Etihad Stadium biex jippruvaw jiksbu l-firma tiegħu.