Man City jidħlu fit-tiġrija għal De Ligt

Skont il-gazzetta  Ingliża TheDailyTelegraph, id-direttur tekniku ta’ ManchesterCityTxikiBergiristain iltaqa’ ma’ xi skawts Olandiżi tac-Citizens sabiex jitkellem dwar il-possibilta’ li jiksbu s-servizzi tad-difensur ta’ Ajax Matthijs De Ligt.
Aktar qabel anke Barcelona wrew l-interess tagħhom f’dan il-plejer ta’ 18-il sena illi huwa meqjus li għandu talent kbir. Kemm ilu ma’ Ajax, De Ligt diġà lagħab 40 partita filwaqt li skorja ħames gowls.
Huwa ddebuttafl-eta’ tenera ta’ 16-il sena u diġà stabbilixxa ruħu bħala wieħed mill-aqwa difensuri żgħażagħ tal-pajjiż.