​Man City jeħilsuha ħafif

Skont il-gazzetta Ingliża TheTelegraph, iċ-champions il-ġodda tal-Premier League Ingliż Manchester City ħelsuha ħafif milli jispiċċaw bi projbizzjoni min-naħa tal-FIFA għaż-żewġ sessjonijiet li jmiss tas-suq tat-trasferimenti.
Dan kollu kien se jseħħ minħabba allegazzjoni ta' irregolarità fit-trasferiment taż-żagħżugħ Benjamin Garre mingħand Velez Salsfield.
Dan il-plejer għad għandu 17-il sena iżda skont l-istess sorsi jidher illi diriġenti tac-Citizens ikkuntattjaw dan l-attakkant qabel ma għalaq is-16-il sena u b’hekk setgħu kisru xi regoli.
Minkejja kollox ftit tas-sigħat wara li ħarġet din l-aħbar, it-tim immexxi minn Pep Guardiola nħeles minn kull akkuża ta’ irregolarità.