Man City iridu lil Weigl

Il-ġurnal Ingliż The Sunday Mirror ippublika artiklu fejn jidher illi d-diriġenti ta’ Manchester City lesti illi jżidu element ieħor li jista’ jgħin lil Pep Guardiola filwaqt illi jsaħħaħ l-iskwadra diġà b’saħħitha tiegħu hekk kif imsemmi hemm il-midfielder Julian Weigl illi għandu 23 sena.
Bħalissa dan il-plejer jilgħab ma’ Borussia Dortmund u hekk kif kien hemm l-ewwel laqgħa bejn iż-żewġ partijiet, it-tim Ġermaniż qed jitlob somma pjuttost għolja ta’ €45 miljun sabiex ic-Citizens jiksbu l-firma ta’ dan il-plejer Ġermaniż.