Maltin u barranin ikantaw u jirbħu flimkien

Fil-ħames edizzjoni ta’ Singer Stage International Festival, organizzat mid-direttriċi ta’ KK Productions ‘Kaya’ Priscilla  Giordano Psaila, ġiet organizzata għall-ewwel darba t-taqsima għall-kanzunetti Maltin.
F’din l-edizzjoni, li kienet imqassma fuq ħames kategoriji ħadu sehem  33 parteċpant minn Malta, u 30 parteċipant kienu mir-Russja, mis-Slovenja, mill-Estonja, mill-Polonja, mill-Kroazja, mill-Italja u mill-Bulgarija.
Fis-sezzjoni għaż-żgħar, fit-taqsima għall-kanzunetti Maltin, Luana Schembri rnexxielha tirbah bil-kanzunetta ‘Jien ma naħdimx’.  Iseguwha ġew Ruhana Azzopardi b’’Avventura’ u Eliana Gomez Bianco b’’M’hawx isbaħ’.
Fis-sezzjoni senior tal-kanzunetti Maltin, l-ewwel post intrebaħ minn Chanelle Cardona   ‘Dellijiet’, fit-tieni post  ġie Bradley Debono  ‘Bikja Fis-Smewwiet u t-tielet post intrebaħ minn Martina Micallef  ‘Seba Noti’.
Il-ħames sezzjonijiet tal-Festival Internazzjonali
Wara kien imiss il-ħames sezzjonijiet tal-Festival Internazzjonali fejn f’kategorija ‘A’ ( 5 sa  8 snin) fl-ewwel post ġiet Amy Pace , it-tieni post intrebaħ minn Gaia Gambuzza u fit-tielet post ġie Teo Zammit.
F’kategorija ‘B’ ( 9 sa 10 snin) ir-rebbieħa kienet Elisa Muscat (Malta), fit-tieni post ġiet Oliwia Kopiec (Polonja) u fit-tielet post ġiet Rihana Azzopardi (Malta).
F’kategorija ‘Ċ’ (11 sa 12-ilsena) ir-rebbieħa kienet Martina Abela (Malta), fit-tieni  post ġiet  Martina Cutajar (Malta) u fit-tielet post  ġiet Kornelija  Petak (Kroazja).
F’kategorija ‘D’ (13 sa 15-ilsena) rebħet Eva Sinaccioto (Italja). It-tieni post ukoll ħaduh it-Taljani b’Gaia Giancona waqt li fit-Tielet post rebbieħtu il-Maltija Shaian Debono.
Il-kategorija ‘E’ (16-il sena ’l fuq) rebħitha l-Pollaka Justyna Wypych. Filwaqt li fit-tieni post ġie Michele Doi Gioia (Italja) u fit-tielet post ġie Pawel Rydz (Polonja).
Wara ġew ippreżentati wkoll diversi unuri wkoll fejn Katryna Borg (Malta) rebħet ‘Best Simpathy’, Leah Cauchi rebħet ‘Best Promising Singer’, Daniela Piryankova (Bulgarija) rebħet ‘Best Future Singer’, Bradley Debono rebaħ ‘Best Technique’, Chanelle Cardona rebħet ‘Best Performance’, waqt li Aleksandra Vovk (Slovenja) rebħet ‘Best Interpretation’.
Ġew mogħtija wkoll żewġ unuri minn WAPA Awards, fejn Zaria Robar (Slovenja) rebħet ‘The Best Young Singer Award 2016’ waqt li Gaia Giancona (Italja) rebħet ‘The Best Singer Award 2016’. 
Finalment Francesca Spennato (Italja) ġiet iddikjarata rebbieħa tal-Grand Prix Winner 2016, biex daħlet fil-lista wkoll tar-rebbieħa  tal-edizzjonijiet passati.
Il-kantanti kollha kantaw żewġ kanzunetti u kienu ġudikati minn  ġurija barranija
Ir-rebbieħa kollha ta’ kull kategorija ġew mogħtija premju ta’ recording b’xejn minn Singer Stage recording Studio.  Waqt li r-rebbieħa tal-Grand Prix ġie mogħtija b’kitba ta’ lirika ta’ kanzunetta min  Emil Calleja Bayliss.
Singer Stage International Festival, li sar fit-teatru ta’ San Vinċenz de Paule sar bejn il-11 u t-13 ta’ Novembru.