Għadd ta’ Maltin ingħaqdu mal-bqija tad-dinja fi protesta għall-klima.
Miljuni ta’ persuni qed jieħdu sehem fi protesta globali għall-klima. Skont il-BBC, kien hemm folol kbar fil-Ġermanja u fl-Awstralja.
F’Malta għadd ta’ żgħażagħ imteddu mal-art quddiem il-bini tal-parlament biex jissimbolizzaw mewt mill-bidla fil-klima (die-in).
Din il-protesta globali bdiet bis-saħħa tal-attivista favur l-ambjent Greta Thunberg. Thunberg se tkun qed tattendi l-protesta ta’ New York.
Skont paġna fuq Facebook, aktar minn 20 għaqda qed jappoġġjaw il-protesta f’Malta. L-attivisti qed jitolbu lill-Gvern biex Malta tilħaqt il-miri marbutin mal-klima u twaqqaf id-dependenza fuq il-fossil fuels. Jridu wkoll li Malta tieħu pożizzjoni ċara biex tipprevjeni straġi tal-klima.
X’qed jingħad fil-midja soċjali?