Maltin b’unuri waqt serata ta’ premjijiet Taljana

Bosta talenti Maltin se jkunu qed jiġu ppremjati fis-serata “Premio Margutta – La Via delle Arti” li għall-ewwel darba se jkun qed isir f’Malta. Dan wara ħidma tal-produtturi tas-serata ta’ ppremjar li xtaqu li din ma tibqax biss fl-Italja imma tippromwovi lilha nnifsha fil-Kapitali għall-Kultura tal-2018, il-Belt Valletta.

L-edizzjoni ta’ din is-sena se ssir fl-10 ta’ Settembru fil-Palazz Verdala u l-persuni u entitajiet Maltin li se jingħataw premju huma dawn:

  • Joel Saliba li sej jirċievi l-premju tas-sezzjoni tal-arti għall-installazjonijiet li hemm fit-toroq tal-Belt Valletta li jirrappreżentaw proverbji Maltin.
  • Clare Azzopardi se tirċievi l-premju fis-sezzjoni tal-letteratura.
  • Emma Muscat se tirċievi l-premju fis-sezzjoni tal-mużika tal-parteċipazzjoni tagħha fil-program televiżiv Taljan Amici.
  • Djar il-Bniet se tirċievi l-premju għas-sezzjoni tal-arti bl-ikel.
  • Malta Film Commission se tirċievi l-premju tas-sezzjoni taċ-ċinema talli tippromwovi produzzjonijiet kemm lokali kif ukoll internazzjonali.
  • Victor Camilleri se jirċievi wieħed mill-premjijiet bl-isem ta’ Italian Style tal-kummerċ li ħoloq bejn Malta u l-Italja. Premju ieħor li jaqa’ taħt l-istess isem se jmur għall-Air Malta tar-relazzjoni li bniet mal-Italja.