5 kantanti Maltin b’suċċessi lil hinn minn Malta

Grupp ta’ ħames kantanti Maltin  mill-iskola Singer Stage Academy akkumpanjati mill-għalliema u direttriċi tal-iskola 'Kaya' Priscilla Giordano Psaila, li kienet wkoll waħda mill-ġurija Internażżjonali, ħallew Malta lejn il-belt ta' Ohird il-Macedonia, biex jieħdu sehem fit-18-il edizzjoni tal-konkors magħruf Tra La La, konkors mifrux fuq tlett jiem bejn l-10 u 12 t’Awwissu, 2017.
F'dan il-konkors ħadu sehem xejn inqas minn 36 parteċipant minn 12 il-pajjiz differenti, imqassma f'erba kategoriji. Ta’ bejn is-sitt snin u 19-il sena. Skont ir-regolamenti l-kantanti kellhom ikantaw żewġ kanzunetti, waħda bil-lingwa ta’ pajjiżhom u l-oħra cover version.
F' Kategorija 'A',  dik għal kantanti ta' bejn is-sitta u id-disa’ snin,  ħadu sehem seba' kantanti, fosthom, tnejn Maltin, b'Rihana Azzopardi tkanta Avventura u River Deep  Mountain High, Waqt li Amy Pace kantat Mhux li Kien u Colours of the Wind,  b' Rihana Azzopardi tirbaħ l-ewwel post, waqt li Amy Pace tikseb it-tieni post.
F'Kategorija 'B' miftuħa ghal kantanti ta' bejn l-10 u 12-il sena, ħadu sehem 12-il parteċipant, fosthom  il-kantanta Maltija, Elisa Muscat fejn kantat Fantasia mar-Realtà u Rise u rnexxielha tikseb it-tieni post.
F'Kategorija 'D' miftuħa għal dawk il-kantanti ta' bejn is-16-il sena, sezzjoni komposta  minn seba’, kantanti minn 16 sa 19-il-sena, bit tnejn minnhom ikunu Maltin, fejn Brittney Galea kantat Se Nkun Viċin u Creep, waqt li Rhea Chetcuti kantat Imħabba u Hurts. F'din is-sezzjoni il-kantanti Maltin reġgħu it-tronfaw, b’Rhea Chetcuti tikseb it-tielet post, u Brittney Galea tirbaħ l-ewwel post. Bil-Bulgara Mariam Mavrova tirbaħ il-Grand Prix.
Il-kantanti Maltin kellhom wkoll diversi stediniet mill-ġurija internazzjonali biex imorru ikantaw f’konkorsi oħra f’Ewropa.