Maltija tiġi l-ewwel f’kompetizzjoni tal-CrossFit

Suzanne Grima, ta’ 53 sena, ġiet l-ewwel fil-CrossFit Games fid-diviżjoni tagħha ta’ 50+, kompetizzjoni internazzjonali ta’ eżerċizzju partikolari msejjaħ crossfit.

Hi ġiet l-ewwel wara dawra fejn kellha handstand pushups, rope climbing u ġiri sakemm iġġorr zkuk tqil.

Ħames Maltin ħadu sehem f’din il-kompetizzjoni, u kollha kemm huma rnexxielhom jikkwalifikaw għall-aħħar rawnd. Fil-grupp tat-35+, Pamela Psaila ġiet it-tieni u Daryl Psaila t-tielet.