Għalliema Maltija tmut f’għeluq sninha

Għalliema Maltija ta’ 63 sena li toqgħod f’Sirakuża fi Sqallija kienet waħda mill-vittmi li tilfu ħajjithom waqt inċident traġiku fl-Iskozja, waqt vaganza biex tiċċelebra għeluq sninha.

Frances Patanè, magħrufa fost sħabha bħala Silvana, Lorenzo, tifel ta’ erba’ snin, u 3 Skoċċiżi, żeffiena tal-mużika country, sfaw vittmi ta’ dan l-inċident tat-traffiku fir-reġjun Moray, meta l-vann li kienu fih il-Maltija u żewġha ħabat ma’ vettura oħra.

L-inċident ġara f’11.40pm il-Ħamis li għadda, dakinhar stess li Frances għalqet 63 sena, qrib il-belt Keith.

Frances twieldet u kibret f’Birżebbuġa, iżda marret toqgħod l-Italja meta żżewġet Taljan, u fejn bdiet tgħallem l-Ingliż.

Fuq il-vann kien hemm ukoll familja minn Sirakuża: ħu t-tifel Lorenzo, ta’ 3 snin, li ma ġralu xejn, u l-ġenituri tagħhom, li jinsabu f’qagħda kritika. Ir-raġel ta’ Frances ittieħed l-isptar.

It-3 Skoċċiżi ta’ fuq il-vettura l-oħra, ta’ 63, 69, u 70 sena mietu, filwaqt li x-xufier, ta’ 39 sena, sofra ġrieħi serji.

We can confirm the names of the five people who tragically died in a two vehicle road collision on Thursday July 26,…

Posted by North East Police Division on Monday, July 30, 2018