Maltija fost 10 persuni mid-dinja mogħtija premju mill-Gvern Amerikan

Hillary Farrugia hi fost 10 persuni minn madwar id-dinja li se jiġu mogħtija unur mill-Gvern Amerikan.
Kienet l-Ambaxxata Amerikana f’Malta li ħabbret li Briffa, li bħalissa qed tistudja għal Ph.D. f’Londra, fil-jiem li ġejjin se tirċievi l-Emerging Young Leaders Award mogħti għall-ewwel darba mid-Dipartiment tal-Istat Amerikan.
Spjegat li Briffa kellha rwol ċentrali biex jogħla l-profil taż-żgħażagħ fil-qasam internazzjonali, b’xogħol li ffoka fuq temi b’impatt fuq iż-żgħażagħ fosthom l-aċċess għall-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni, il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni, iż-żieda fl-opportunitajiet għax-xogħol u l-ġlieda kontra l-messaġġi ta’ mibegħda onlajn.
Għenet ukoll fit-tmexxija ta’ kampanja kontra l-estremiżmu vjolenti f’konferenza organizzata mill-OSCE fl-Ewropa u ngħatat fondi u żviluppat programm u proġetti edukattivi.