Malti ta’ 19-il sena jinqabad bil-kannabis; jinżamm arrestat

Żgħażugħ ta’ 19-il sena tressaq il-Qorti b’akkuża li kellu fil-pussess tiegħu ma kważi 100g kannabis. Iż-żgħażugħ wieġeb mhux ħati għal-akkużi li kienu miġjuba kontrih.

Huwa kien akkużat li d-droga li kellu fil-pussess tiegħu ma kinitx għall-użu personali tiegħu. Il-prosekuzzjoni fissret li ż-żgħażugħ kemm-il darba xellef difrejh mal-Pulizija u mal-Ġustizzja. Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonaw li jingħata l-ħelsien mill-arrest minħabba li għad fadal numru ta persuni li għad iridu jixhdu dwar il-każ.

Il-Qorti ċaħdet it-talba għal-libertà proviżorja.