Malti ta’ 29 sena li għandu l-coronavirus spiċċa fl-ITU fi Spanja. Hu jinsab f’kundizzjoni stabbli skont il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo.
F’kummenti li ta lit-TVM, Bartolo qal li hemm persuna waħda fi Spanja bil-COVID-19. Qal li l-ambaxxata se tkun qed issegwi dak li jkun qed jiġri biex tara kif tista’ tgħin f’dan il-każ.
Kelliema għall-Ministeru għas-Saħħa la ċaħdet u lanqas ikkonfermat dan il-każ ma’ Newsbook.com.mt.
Is-sitwazzjoni fi Spanja
L-imwiet fi Spanja jaqbżu dawk taċ-Ċina
Ilbieraħ Malta reġistrat żewġ każi ġodda ta’ coronavirus. Sal-bieraħ kien hemm erba’ persuni fl-ITU.
Il-Ħadd 29 ta’ Marzu
Filmat: 2 każi ġodda tal-coronavirus; 4 fl-ITU
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.