Malti li qatta’ ġisem miljunarju biċċiet jintbagħat lura Malta mill-Awstralja

Mario Schembri, Malti li joqgħod l-Awstralja se jintbagħat lura Malta fil-ġimgħat li ġejjin wara li jkun lesta s-sentenza ta’ 9 snin ħabs talli qatel lill-miljunarju Awstraljan, Herman Rockefeller fl-2010.

Schembri, ta’ 64 sena, kien instab ħati li qatel lil Rockefeller, raġel tan-negozju minn Melbourne, f’Settembru tal-2010, wara li kellhom argument jaħraq.

Huwa mifhum li ż-żewġ irġiel kienu ltaqgħu permezz ta’ riklam f’magazin ta’ koppja li kienet qed tfittex koppja oħra biex ikollha x’taqsam magħha sesswalment. Fl-ewwel laqgħa, Rockefeller ma kienx ħa lil martu, u spiċċa kellu x’jaqsam ma’ mart Schembri, Bernardette Denny. Fit-tieni laqgħa tagħhom, Schembri sibel meta Rockefeller reġa’ ma żammx kelmtu u ma ħax il-mara miegħu għal-laqgħa tagħhom. Huwa attakka lil Rockefeller u qatlu, u qasamlu ġismu biċċiet b’lupa.

Denny kienet ammettiet li kienet kompliċi f’dan l-omiċidju.

Skont ġurnal Awstraljan, il-viża ta’ Schembri biex jibqa’ fl-Awstralja kienet ġiet kanċellata f’Jannar tal-2017. Huwa pprova jbiddel din id-deċiżjoni billi jgħid li ilu jgħix l-Awstralja mindu kien tifel, iżda l-awtoritajiet Awstraljani ma ridux ibiddlu fehemthom.