Malti li kien lagħab f’Wembley Stadium fl-1971

Nhar it-Tlieta u l-Erbgħa li għadda ntlagbħet il-ħames ġurnata tal-Kampjonat Premier, f’dik li kienet match day oħra u fi spazju ta’ ftit jiem. Ħamrun Spartans u Sliema Wanderers soffrew l-ewwel telf tagħhom fil-Kampjonat, biex b’hekk f’din il-ġurnata ta’ partiti, timijiet bħal Gżira United, Hibernians u l-aktar skwadra sorpriża s’issa fil-Kampjonat Premier, Gudja United ħatfu l-opportunitá biex naqqsu d-distakk minn ma’ Ħamrun. F’’Replay Preview’ tal-lejla l-Ġimgħa, li jibda fid-9:15pm fuq Net Television, se nkunu qed niddiskutu l-parititi kollha li ntlagħbu f’nofs il-ġimgħa, waqt li naraw il-gowls kollha li kienu skorjati.

It-timijiet tal-Kampjonat Premier ftit li xejn se jkollhom jiem ta’ mistrieħ hekk kif is-sitt ġurnata tal-Kampjonat se tkun qed tintlagħab bejn għada s-Sibt u nhar it-Tnejn li ġej. Għaldaqstant fil-programm tal-lum, ippreżentant minn Christian Micallef, bis-sehem tal-mistieden residenti tal-programm, Konrad Sultana, se nkunu qed niddiskutu ukoll il-partiti kollha li se jintlagħbu fil-jiem li ġejjin, bl-aktar żewġ partiti ta’ interess mistennija jkunu dawk ta’ nhar it-Tnejn li ġej, hekk kif Balzan jilgħabu kontra l-leaders tal-Kampjonat s’issa, Ħamrun Spartans u Birkirkara jilgħabu kontra Sliema Wanderers.

Fit-tieni intervista mis-sensiela tant popolari u ta’ kull ġimgħa, ‘’X’Sar Minnhom?’, illum se nkunu qed niltaqgħu mal-eks attakkant internazzjonali Malti, li llum jgħodd 78 sena, John Bonett. Dan il-plejer lagħab disa’ darbiet għat-tim nazzjonali Malti, fosthom f’waħda mill-partiti storiċi ta’ Malta, meta fit-12 ta’ Mejju 1971, konna lagħbna kontra l-Ingilterra f’Wembley Stadium, u tlifna 5-0.

Fil-programm tal-lejla jkun hemm ukoll referenza lejn in-National Challenge League, fejn nhar il-Ħadd tispikka l-partita tant mistennija bejn tnejn mit-timijiet minn ta’ quddiem, Pembroke Athleta u Swieqi United. Niddiskutu ukoll il-partiti ewlenin mill-Kampjonati prinċipali fl-Ewropa.

Replay Preview tal-Ġimgħa filgħaxija qed jixxandar mir-restorant Il-Veduta, li jinsab fis-Saqqajja, hekk kif it-tim ta’ Replay minn din l-iskeda, għal dan il-programm ħa ħsieb li jbiddel il-kunċett ta’ dan il-programm b’differenza, filwaqt li jarma studio li hu differenti minn dak li jintuża għall-programmi Replay tal-Ħadd.

Dan it-tagħrif twassal mit-tim ta’ Replay.