Malti jitlef ħajtu bil-coronavirus fl-Ingilterra

Facebook

Mick Ebejer, Malti li kien jgħix l-Ingilterra, safa’ vittma tal-coronavirus.

Huwa kien l-isptar għal żmien qasir u kien ibati b’kundizzjonijiet mediċi oħra. Kien qed jinżamm f’West Suffolk Hospital.

Ibnu Paul Ebejer kiteb fuq Facebook li waqt li kien l-isptar, missieru baqa’ jitbissem u fuq ruħu. Kien determinat li jegħleb il-virus, imma l-aħħar 24 siegħa ta’ ħajtu kienu ta’ tbatija. Liebes ilbies protettiv, ibnu kien miegħu meta missieru ħa l-aħħar nifs tiegħu, iżommlu idu.

Huwa faħħar lil missieru u rringrazzjah talli aċċettah kif inhu, bħala raġel omosesswali. Qal li missieru hu magħruf bħala l-ħabib ta’ kulħadd u se jimmissjawh ħafna nies.

A few hours ago, my Dad very sadly lost his battle with Covid-19.He was in hospital for a short time where he remained…

Posted by Paul Ebejer on Sunday, June 7, 2020

Rosslyne Elfreda Debono qalet li tinsab bla kliem. Kitbet fuq Facebook li se tibqa’ tirrispettah talli rabba lil binha Gino daqslikieku kien tiegħu, u qatt mhi se tinsa dak li għamel magħhom. Żiedet tgħid li hi u binha qegħdin iġeddu l-memorji sbieħ tagħhom bħala familja flimkien ma’ Mick.

Gino wkoll sellem il-memorja ta’ Mick fuq Facebook u qal li kien eroj għalih, u jrid jimxi fuq il-passi tiegħu. Żied jgħid li id Mick fuq spalltu bħala gwida se jibqa’ jħossha għal dejjem.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn