Malti jirbaħ premju fl-Accounts fost 13,000 kandidat

Ritratt: MIA

Read in English.

Ryan Gellel tħabbar ir-rebbieħ tal-Premju Globali fl-eżami tal-accounts fit-tassazzjoni mill-korp internazzjonali tal-accounts ACCA.  Gellel spiċċa  fl-ewwel fost minn 13,000 kandidat minn madwar id-dinja li  qagħdu għas-sessjoni ta’ Ġunju 2019.

“Jien onorat li nirċievi premju daqstant prestiġjuż u li nkun rikonoxxut għax-xogħol iebes tiegħi,” qal Gellel li ammetta li ħassu umli bl-aħbarijiet meta ġie kkuntattjat mill-Istitut Malti tal-Accounts(MIA).

“Jien dejjem sibt is-suġġett tat-tassazzjoni interessanti, imma definittivament ma kontx qed nistenna li ssir l-ACCA Global Prizewinner,” kompla jgħid.

L-Istitut tal-Accounts ta’ Malta feraħ lil Ryan Gellel għall-kisba li għamel u ħeġġuh ikompli jinvesti fl-edukazzjoni professjonali tiegħu.

Il-President tal-MIA, Fabio Axisa, u d-Direttur tal-Edukazzjoni Professjonali tal-ACCA, Reza Ali, ippreżentaw lil Gellel bl-unur waqt laqgħa fil-bini tal-Istitut Malti tal-Accountants fis-Swatar.