Malti jinħatar bħala Isqof Awżiljarju f’Toronto

rev ivan camilleri

Read in English.

Fr Ivan Camilleri inħatar bħala Isqof Awżiljarju fl-Arċidjoċesi ta’ Toronto, fil-Kanada.

Fr Mario Micallef tas-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl (MSSP), li jifforma parti mill-kommunità ta’ familji Maltin fil-Kanada, kiteb biex jifraħlu fuq il-ħatra tiegħu.

Hu kiteb li jaf li din il-missjoni l-ġdida li tah il-Papa Franġisku iġġib magħha sfidi u responsabbiltajiet ġodda. Però, assigurah li jinsab fit-talb tal-kommunità tiegħu ta’ San Pawl. Fr Micallef qallu li jinsab ċert li d-doni li tah Alla se jkunu ta’ għajnuna kbira fil-ministeru l-ġdid tiegħu.

Fi stqarrija l-Arċidjoċesi ta’ Toronto qalet li Fr Ivan se jkun qed jinħatar Isqof Awżiljarju fl-Aridjoċesi ta’ Toronto. Wara ċ-ċelebrazzjoni tal-ordni episkopali, l-isqof il-ġdid se jkun qiegħed jingħaqad mat-tliet isqfijiet awżiljarji oħra sabiex ikunu jistgħu jassistu lill-Aċrċisqof, il-Kardinal Thomas Collins.

Fil-kummenti tiegħu l-Isqof Camilleri qal li jinsab grat li l-Papa Franġisku u l-Kardinal Collins urew fiduċja fih permezz ta’ dan il-Ministeru.

Min-naħa tiegħu l-Kardinal Thomas Collins laqa’ din l-aħbar u qal li jinsab grat lejn il-Papa Franġisku li ħatar lil Camilleri bħala Isqof Awżiljarju. Żied li huwa jaf il-komunità tajjeb u kien ta’ sapport kontinwu kemm ilu arċisqof.

Fr Camilleri twieled fit-18 t’April, 1969 f’Tas-Sliema u l-familja tiegħu emigrat lejn il-Canada fl-1980. Huwa sar qassis fl-2007. Fl-2011 huwa studja l-liġi kanonika fl- fl-Università Kattolika ta’ Washington D.C. fl-Istati Uniti tal-Amerka. Hu wieġeb għas-sejħa tiegħu wara li kien jara lin-nies jorqdu fuq il-gradilji tal-fwar fit-triq f’Baystreet, meta kien jaħdem bħala negozjant f’uffiċċju.