Malti għall-qorti Libjana dwar kutrabandu ta’ dijżil lejn Malta

Ġuvni ta’ 32 sena minn Marsaxlokk mistenni jitressaq quddiem il-qorti Libjana għada, akkużat li kien parti mill-ekwipaġġ ta’ bastiment tas-sajd Eġizzjan li allegatament kien qed iġorr dijżil bil-kutrabandu mil-Libja lejn Malta.
L-ekwipaġġ ta’ 12 il-Eġizzjan u Malti inqabdu tliet mili barra l-kost ta’ Zwara, fit-tramuntana tal-Libja minn gwardji tal-kosta Libjana. Huma kienu abbord il-bastiment tas-sajd Fahd Al Islam.
Il-każ ġie rappurtat mill-aġenzija tal-aħbarijiet tal-Libja, LANA.
Dokumenti li nstabu abbord il-bastiment wrew li l-kutrabandu tad-dijżil seħħ drabi oħra. Hu mifhum li matul Marzu, diġa’ kienu saru tliet vjaġġi bejn il-Libja u Malta, bil-ġarr tal-fjuwil isir għal kumpanija Maltija.