Malti għal Miami bi rwol f’Mamma Mia

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=KMXbWz43lLQ]
Luke Cassar, attur u kantant Malti se jmur Miami, fl-Istati Uniti sabiex jibda bil-preparamenti neċessarji għax-xow Mamma Mia.
Luke se jkollu l-parti ta’ Eddie, u se jkun qed jieħu sehem f’dan ix-xow li se jittella’ fuq il-vapur Royal Caribbean International.
Huwa esprima l-eċitament li għandu fuq Facebook permezz ta’ post li tella’ fuq il-profil tiegħu.
Din kienet xewqa kbira ta’ Luke u issa se ssir realtà.