Malti bi rwol prinċipali fi musical internazzjonali

Iż-żagħżugħ Peter Camilleri għadu kemm irnexxielu jakwista l-irwol prinċipali fil-musical We Will Rock You li qed jittella fuq ir-Royal Caribbean International Cruise Lines.
Peter li se jkun qed jaħdem il-parti ta’ Galileo fil-musical ibbażat fuq il-mużika tal-grupp famuż Queen, ilu involut fix-xena tat-teatru lokali għal bosta snin. 
Il-passjoni għat-teatru, għaż-żagħżugħ ta’ 21 sena mill-Mosta, kompliet dejjem tikber u għaldaqstant għamel xi żmien jistudja fil-Margaret Howard Theatre College fir-Renju Unit.
Ir-Royal Caribbean International huwa magħruf bħala cruise avventuruż fejn wieħed jista’ jinqeda minn robots, jagħmel użu mill-itwal zip line fid-dinja u jiekol ikel li qatt ma mmaġina li seta’ jiekol qabel.