Maltempati qawwija fil-Messiku

Il-Messiku jinsab milqut minn żewġ maltempati qawwija, waħda fil-lvant u l-oħra fil-punent tal-pajjiż.

Aktar minn 5,000 persuna kienu evakwati, hekk kif mistenni l-urugan Ingrid, li diġa qed jonfoħ b’qawwa ta’ 120 kilometru fis-siegħa u mistenni jolqot lill-pajjiż fil-jiem li ġejjin.

Il-maltempata tropikali Manuel laqtet il-kosta fil-punent tal-pajjiż fuq l-Oċean Paċifiku, bl-ammont ta’ xita kien id-doppju ta’ dak li jinżel fi tlettijiem.

Qed jingħad ukoll li l-urugan Ingrid huwa t-tieni l-akbar maltempata u qed ikompli jikber b’saħħa fil-Golf tal-Messiku, tant li qed ikun ta’ theddida għal diversi kommunitajiet fir-reġjun.

Diversi minn dawk li kienu evakwati qed joqogħdu fix-shelters uffiċjali, filwaqt li l-kumplament qed jingħataw kenn mill-ħbieb jew familjari.