Maltempati bil-borra jolqtu lill-Ewropa

Wara New York u partijiet tal-Istati Uniti, il-kesħa qawwija b’maltempati tal-borra issa qed jolqtu anke l-Ewropa, fosthom l-Ingilterra, l-Italja u l-Ġermanja.
L-ajruport ta’ Manchester ħassar it-titjiriet kollha f’xi ħinijiet illum minħabba perikli fir-runways tiegħu, waqt li f’West Yorkshire ngħalqu 150 skola.
Anke l-Ġermanja ntlaqtet mill-borra, bit-traffiku kollu jiġġammja fuq diversi highways hekk kif it-toroq jiżolqu u n-nuqqas ta’ viżibilità kienu ta’ periklu għal dawk kollha li kienu qed jivvjaġġaw.
Iċ-ċentru tal-Italja llum ukoll intlaqat minn temperaturi kesħin, taħt iż-żero, għalkemm minn għada mistennija jerġgħu jibdew tielgħin.