Maltempata toqtol omm fi Spanja

Euronews

Fi Spanja, omm tilfet ħajjitha quddiem żewġha u bintha wara li ntlaqtet minn palma waqt maltempata msejħa Amelie.

Il-mara, Brażiljana ta’ 37 sena kienet qed tippassiġġa mal-familja tagħha f’Mallorca, meta r-riħ b’qawwa ta’ 80 kilometru fis-siegħa, kisser in-naħa ta’ fuq tas-siġra u waqgħet fuqha. Hija mietet fuq il-post.

Bintha ta’ seba’ snin intlaqtet minn xi friegħi iżda l-ġrieħi li ġarrbet mhumiex serji.