Maltempata kbira se tolqot ir-Renju Unit

Il-maltempata Ciara hija t-tielet maltempata li se tolqot ir-Renju Unit bejn is-Sibt filgħaxija u l-Ħadd. Ir-riħ mistenni jilħaq is-60 mil fis-siegħa u jibqa’ tiela’ għal 80 mil fis-siegħa.

Fl-Irlanda ta’ Fuq u n-Nofsinhar tal-Iskozja, it-Tnejn u t-Tlieta mistennija li tinżel madwar erba’ pulzieri ta’ borra.

L-Uffiċċju Meterjoloġiku ħareġ diversi twissijiet fin-Nofsinhar tal-Ingilterra li l-maltempata tista’ twassal għal diversi ħsarat fid-djar u n-negozji kif ukoll qtugħ fil-provvista tad-dawl.

Uffiċjal ta’ Sky News qal li l-probabilità hija li din il-maltempata hija l-iktar waħda qawwija mill-2013 u tista’ twassal biex jiġu affettwati servizzi ta’ trasport kif ukoll tista’ ssir ħsara lis-siġar. Żied li fi tmiem il-ġimgħa huwa mistenni li tonqos it-temperatura.