Maltempata bir-ragħad jew xita rxiex?

Hekk kif il-kelma bdiet tinxtered li nhar it-Tnejn li ġej se tagħmel maltempata bir-ragħad, dan l-għajdut ġie mxejjen mill-paġna Malta Weather.
Malta Weather Page spjegat li sa issa jidher li nhar it-Tnejn se tagħmel ftit irxiex u għalhekk wieħed jista’ jkompli għaddej bil-pjannijiet tiegħu tas-Sajf.
Intant skont FirstMalta nhar it-Tnejn Malta se jkollha arja friska aktar mill-jiem li għaddew.
It-temperatura tal-lum li nħasset 37C se tibqa’ tippersissti sa nhar il-Ħadd, iżda nhar it-Tnejn u l-jiem ta’ wara t-temperatura se tinżel għal 30 grad.
Spjegat li kemm nhar it-Tnejn kif ukoll l-għada Malta se jkollha s-sħab fuq rasha.