Maltemp jolqot lill-ġżejjer Maltin

Ritratt Alfred Zammit

Il-gżejjer Maltin inħakmu minn għadd ta’ maltempati f’dawn l-aħħar 24 siegħa li wasslu biex ħalbiet ta’ xita intensivi kkaġunaw kemm konġestjoni ta’ traffiku, ħsarat u anke f’ċerti nħawi kien hemm għadd konsiderevoli ta’ ilma.

Fil-lokalita’ tal-Belt ammont ta’ siġar intlaqtu u ġew imkissra, tant li kellhom jissejħu ħaddiema biex ineħħu l-periklu.