Maltemp fl-Italja: Raġel mejjet; ieħor nieqes

severe-weather.eu

Il-mewġa qattiela ta’ maltemp fl-Italja mistennija tippersisti, wara li lbieraħ irwiefen u xita qawwija qatlu raġel filwaqt li ieħor ma jistax jinstab.

Fi Sqallija, buffura riħ qatlet Ġermaniż ta’ 65 sena, hekk kif spiċċa jitħabbat ma’ karozza pparkjata.

Raġel minn Ruma baqa’ mitluf, wara li ħareġ jistad ma’ erba’ rġiel oħra. F’ħin minnhom daħlu jistkennu fil-karozza li spiċċat inġarret fix-xmara Mincio fil-Lombardija.

It-temperaturi f’xi nħawi fl-Italja niżlu taħt iz-zero.