Maltco tfittex ir-rebbieħ ta’ €820,000

Read in English.

Il-premju ta’ €820,000 tal-Quaterno+ għadu ma nġabarx mir-rebbieħ, u dan fadallu ftit aktar minn xahar biex jiġbru għax inkella, il-premju jmur għall-Fondi Kawżi Ġusti.

Maltco Lotteries qalet li l-biljett rebbieħ inqata’ l-Qawra u qata’ ħames numri mit-tmienja li telgħu: 71 – 23 – 75 – 6 – 27 -56 – 81 – 8. Madankollu, ġimagħtejn wara li tħabbru n-numri rebbieħa, ħadd għadu ma mar jiġbor il-premju li jammonta għal €820,000.

Ir-rebbieħ hu mitlub jiġbor il-premju mill-uffiċċju tal-Maltco fl-Iklin sas-17 ta’ Lulju.