Malta’s Got Talent ma’ GO

Is-sħubija mħabbra reċentement minn GO ma’ Mint Media Limited — il-produtturi ta’ Malta’s Got Talent — se jkunu qed joffru kontenut esklussiv b’xejn ta’ Malta’s Got Talent lill-klijenti kollha tagħhom. Dawn huma sigħat ta’ filmati wara l-kwinti, provi u intervisti.

Il-kontenut kollu ta’ Malta’s Got Talent se jkun disponibbli wkoll On Demand. GO qed toffri dan il-kontenut għal kulħadd, anke klijenti li mhumiex GO, għal €5 għat-tliet xhur meta Malta’s Got Talent se tixxandar. Klijenti li mhumiex GO jistgħu japplikaw onlajn u jniżżlu l-App GO TV.

Billi tniżżel l-App, u bi ħlas nominali ta’ €5, klijenti li mhumiex GO jistgħu jgawdu dan il-kontenut eta’ Malta’s Got Talent, il-kanali lokali u Taljani kollha, minn kwalunkwe apparat, permezz ta’ kwalunkwe konnessjoni, fejn iridu.

“Aħna eċċitati li nġibu dan il-kunċett fis-suq. Nafu kemm huma popolari programmi bħal dawn u l-livell ta’ appoġġ li hemm għat-talent lokali u għalhekk ridna niżguraw li kulħadd ikollu l-opportunità li jgawdi l-kontenut li jħobb, kif u meta jħobb,” qalet Alison Mercieca, Senior Manager ma’ GO.

Il-klijenti tal-GO TV awtomatikament ikunu jistgħu jaċċessaw dan il-kontenut. Klijent mhux GO jista’ jżur www.go.com.mt biex japplika.

Malta’s Got Talent jibda jixxandar mill-Ħadd 4 ta’ Ottubru fid-8.50pm fuq TVM.

Dan it-tagħrif twassal minn GO.