Maltapost tnaqqas l-emissjonijiet b’78,000 kg fis-sena

Il-kumpanija Maltapost qed tnaqqas l-emissjonijiet ta’ dijossidu tal-karbonju b’madwar 78 elf kilogramma kull sena.

Dan wara li fuq is-saqaf tal-estensjoni ġdida tal-kwartieri ġenerali fil-Marsa ġew stallati 216-il pannella fotovoltaika b’investiment ta’ €160,000.

Dawn il-pannelli qed jiġġeneraw madwar 88,300 Kilowatt fis-siegħa kull sena.

Bejn Awwissu 2012 u Ġunju 2013, din is-sistema ġġenerat 68,200 Kilowatt ta’ enerġija.

Il-Maltapost installat ukoll Solar Film fuq xi twieqi tal-kumpanija, bil-għan li jnaqqas l-ammont ta’ sħana.

L-installazzjoni ta’ dan il-film wasslet ukoll biex 57% tal-enerġija tax-xemx tkun imblukkata u għalhekk se jonqos il-konsum tad-dawl mill-użu tal-arja kundizzjonata.