Maltapost tispjega għalfejn ħafna pakketti ordnati online għadhom ma waslux

In-netwerk tal-Posta Internazzjonali jinsab iġġamjat minħabba s-sospenzjoni ta’ diversi titjiriet madwar id-dinja kawża tal-pandemija tal-Coronavirus.

Fi stqarrija MaltaPost qalet li dan ikompli jikkomplika l-operat tagħha biex twassal il-pakketti ordnati minn barra minn Malta hekk kif ħafna titjiriet internazzjonali qed jiġu kanċellati minħabba l-pandemija.

Maltapost żiedet tgħid li l-informazzjoni tat-tracking ta’ siti bħal Joom u AliExpress tista’ tkun qarrieqa, dan hekk kif diversi operaturi Ċiniżi li jintużaw minn bejjiegħa bħal Joom, eBay u Aliexpress qed jimmarkaw fuq is-sit li l-pakkett ikun wasal Malta, meta fil-verità dan ma jkunx wasal. Kawża t’hekk ħafna qed jaħsbu li l-pakkett tagħhom weħel Malta fl-imħażen tal-Maltapost.

Maltapost irrakomandat li n-nies jużaw is-sit uffiċċjali tagħha biex isegwu l-progress ta’ fejn ikun wasal verament il-pakkett tagħhom.

The International Postal Network is still very congested due to the suspension of various flights, as a consequence of…

Posted by MaltaPost on Wednesday, July 22, 2020