Malta żżid l-emissjonijiet bi 2.5%

Malta ġiet fit-tielet post fost il-pajjiżi membri fl-Unjoni Ewropea li żiedu l-emissjonijiet fl-2014, b’żieda ta’ 2.5% meta mqabbel mal-2013.
Statistika maħruġa mill-Eurostat turi kif kważi l-istati membri kollha rreġistraw tnaqqis, minbarra l-Bulgarija, Ċipru, Malta, il-Litwanja, il-Finlandja u l-Iżvezja.
L-ikbar tnaqqis fl-emissjonijiet ġie rreġistrat fis-Slovakkja (-14.1%), id-Danimarka (-10.7%), is-Slovenja (-9.1%), ir-Renju Unit (-8.7%) u Franza (-8.2%).
Il-medja tat-tnaqqis fl-istati Ewropej kienet ta’  5%.