Assassinju DCG: “Malta, żomm sod” – ġurnalist barrani f’Tas-Sliema

Waqt il-mixja li kienet għaddejja llejla f’Tas Sliema, b’wirja ta’ solidarjeta’ mal-familja Caruana Galizia u b’wirja b’saħħitha kontra t-theddida lejn il-liberta’ tal-espressjoni, il-ġurnalisti ta’ Newsbook.com.mt tkellmu ma’ ġurnalist idependenti barrani li kien qiegħed jiġbed filmati tal-mijiet tan-nies li nġemgħu għal din il-mixja.
Huwa qal li ilu s-snin isegwi l-blog ta’ Daphne Caruana Galizia, il-ġurnalista li fl-2016 kixfet, flimkien ma’ grupp ġurnalisti minn madwar id-dinja, il-Panama Papers. Huwa fakkar li l-ġurnalisti huwa l-messaġġiera tal-verita’.
“Aħna l-ġurnalisti nbagħtu biex nagħaddu l-verita’ lill-pubbliku… Dan l-att kodard li ġara llum huwa sempliċiment inaċċettabli f’dinja moderna”.
Huwa temm jgħid, “Malta, żomm sod”.

Ritratt minn Ian Noel Pace