Malta wara l-Lussemburgu bl-ogħla rata ta’ reġistrazzjoni ta’ trademarks fl-UE

Is-sena li għaddiet Malta kellha t-tieni l-ogħla rata ta’ applikazzjonijiet biex jiġu reġistrati trademarks fl-UE.
Dan meta wieħed iqis in-numru ta’ applikazzjonijiet imqabbla mar-rata ta’ residenti fil-pajjiż.
Fl-ewwel post kien hemm il-Lussemburgu, b’2,190 talba ta’ reġistrazzjoni ta’ trademark għal kull miljun resident, segwit minn Malta b’960 talba.
F’termini reali, minn kważi 90,000 talba ta’ reġistrazzjoni għat-trademarks fl-UE s-sena li għaddiet, il-Ġermanja kienet fl-ewwel post b’iktar minn 20,000 applikazzjoni, segwita mir-Renju Unit, l-Italja u Spanja.
F’termini reali, Malta kellha 412-il applikazzjoni.