Malta vs Faroe Islands illejla

Ritratt: Domenic Aquilina/MFA

Il-lejla Malta se tilgħab l-ewwel logħba tagħħa fil-UEFA Nations League fil-Group D1  kontra Faroe Islands. Il-logħba se tintlagħab  fit-Torsvollur Stadium fid-8.45pm. Il-partita se tkun qed tixxandar b’mod dirett fuq TVM 2.

Mill-istess kampjonat illum hemm ukoll il-partita Ġermanja – Spanja, li tista’ ssegwi b’mod dirett fid-8.45pm fuq Italia Uno.

Għada l-Ġimgħa 4 ta’ Settembru fid-8.45pm fuq Rai Uno se tixxandar il-partita Italja – Bosnija.

Nhar il-Ħadd li ġej, 6 ta’ Settembru, Malta jkun imissha t-tieni logħba meta home tilqa’ lil-Latvja. Din il-partita se tkun tista’ ssegwiha b’mod dirett fuq TVM2 fid-8.45pm.

Devis Mangia, il-kowċ tat-tim Malti li ntagħżel lejn l-aħħar tas-sena l-oħra, introduċa bosta plejers ġodda għal dawn l-logħbiet. Fost dawn hemm Paul Mbong (Birkirkara), Shaun Dimech (Valletta) u Neil Tabone (Żejtun Corinthians).