Malta u t-Turkija jiddiskutu kollaborazzjoni dwar l-enerġija

Il-Gvern ħabbar li Malta u t-Turkija qed iħarsu ‘l quddiem biex jikkollaboraw flimkien fil-qasam tal-enerġija.
Stqarrija mill-Ministeru għall-Enerġija tgħid li dan intqal waqt laqgħa formali fit-Turkija, li l-Ministru tal-Enerġija Konrad Mizzi, kellu mal-Ministru tal-Enerġija u Riżorsi Naturali tat-Turkija.
Iż-żewġ Ministri tkellmu dwar l-iżviluppi fil-qasam tal-enerġija fiż-żewġ pajjiżi.
Il-Ministru Mizzi qal li t-Turkija jista’ jkollha rwol importanti b’ħidma id f'id mal-Unjoni Ewropea biex tissaħħaħ is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija.
Ritratt: DOI