Malta u r-Russja se jaħdmu flimkien fuq diversi aspetti ambjentali

Malta u r-Russja qablu li jaħdmu fuq livell politiku u tekniku biex jilħqu ftehim bejniethom fil-qasam ambjentali.
L-ewwel pass se jkunu taħdidiet tekniċi fuq livell ta’ esperti, f’oqsma bħat-tniġġiż tal-arja, iż-żoni protetti tal-baħar, l-immaniġġjar tal-iskart, it-tibdil fil-klima, il-biodiversità u l-afforestazzjoni.
Il-qbil intlaħaq f’taħdidiet f’Moska bejn il-Ministru għall-Ambjent Leo Brincat u l-Ministru Russu għall-Ambjent, Sergei Donskoi, fuq stedina tal-Gvern Russu.
Il-Ministru kien akkumpanjat miċ-Chairman tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, il-Professur Victor Axiak, u s-Segretarju Permanenti tal-Ministeru, Joseph F Caruana. 
Ritratt: MSDEC