Malta u r-Rumanija bl-ogħla rata ta’ inflazzjoni

Malta, flimkien mar-Rumanija u l-Latvja kellha l-ogħla rata ta’ inflazzjoni fost il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea b’persentaġġ ta’ 1.3%.
L-inflazzjoni annwali għas-sena 2015 fiż-Żona Ewro kienet tammonta għal 0.3%, żieda fuq iż-0% li ġie rreġistrat f’April tal-2015.
F’Mejju tal-2014, ir-rata tal-inflazzjoni kienet ta’ 0.5%.
Skont statistika Ewoprea, l-inflazzjoni annwali għal Mejju tal-2015 fl-Unjoni Ewropea kienet ta’ 0.3% ukoll. Sena qabel, l-inflazzjoni kienet ta’ 0.6%.
Fi tmien pajjiżi tal-Unjoni Ewropea kienu rreġistrati rati ta’ inflazzjoni fin-negattiv. L-iżgħar rati annwali kienu rreġistrati f’Ċipru bi tnaqqis ta’ 1.7%, bil-Greċja u l-Islovenja eżatt wara.