Malta u l-Litwanja jaqblu li l-Komunità Internazzjonali trid tintervjeni fis-Sirja

Il-Viċi Prim Ministru Louis Grech iltaqa’ mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Litwan, Linas Linkevicius.

Matul din il-laqgħa iż-żewġ Ministri ddiskutew l-aġenda tal-Presidenza Litwana tal-Unjoni Ewropea.

Fid-dawl tal-kriżi fis-Sirja, Grech u Linkevicius tkellem ukoll fuq l-aħħar żviluppi u ċ-ċans ta’ attakk f’dan il-pajjiż fil-Lvant Nofsani.

Iż-żewġ Ministri qablu l-użu tal-armi kimiċi huwa kundannabbli u għalhekk il-komunita’ internazzjonali trid tintervjeni.

Louis Grech saħaq li Malta tinsab lesta li tgħin fl-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-Presidenza Litwana.

Saret diskussjoni wkoll fuq il-possibilita’ ta’ aktar kollaborazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.

Linkevicius tkellem ukoll dwar l-Eastern Partnership Summit li se jsir f’Novembru li ġej fil-Litwanja.