Malta u l-Italja se jaħdmu flimkien biex jiġġieldu l-kriminalità organizzata

Waqt laqgħa li l-Ministru għall-Ġustizzja Taljan, Andrea Orlando, kellu f’Malta mal-Ministru Owen Bonnici, iż-żewġ naħat qablu li jaħdmu flimkien favur mekkaniżmi biex tkun miġġielda l-kriminalità organizzata.
Iż-żewġ Ministri qablu dwar l-iskambji tal-informazzjoni u l-ħolqien ta’ front effiċjenti għall-ġlieda kontra l-kriminalità transnazzjonali.
Min-naħa tiegħu, il-Ministru Bonnici tkellem dwar il-bżonn li ż-żewġ pajjiżi jsaħħu r-relazzjonijiet tagħhom biex tkun faċilita l-ħidma bejniethom biex meta jkun hemm reat li jseħħ l-Itajla jew Malta l-ġustizzja ssir malajr u min iwettaq reat jieħu dak li ħaqqu.
Il-Ministru Orlando u d-delegazzjoni tiegħu kellhom laqgħa mal-Prim Ministru Joseph Muscat.
Huwa kellu kliem ta’ tifħir għall-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea.

Ritratt: Doi – Clifton Fenech