Malta u l-Italja jkomplu jħaqquha fuq l-immigranti

Malta Italja jħaqquha immigranti

Il-Gvern Malti u dak Taljan għadhom qed iħaqquha fuq l-immigranti din id-darba it-tnejn qed jinsistu li l-pajjiż l-ieħor ma ħax l-immigranti li kellu jieħu.

Filwaqt li lbieraħ, il-Ministru għall-Intern Taljan, Matteo Salvini, insista li Malta ma żammitx kelmtha li tieħu 50 mill-450 immigrant li daħlu f’Pozzallo f’Lulju, il-Gvern Malti rrimarka li l-Italja wkoll għadha ma ħaditx l-immigranti li wegħdet li se tieħu minn dawk li daħlu Malta bil-Lifeline fis-27 ta’ Ġunju.

Dan qalu fi kjarifika fejn insista li l-Gvern Malti diġà ikkuntattja lill-awtoritajiet Taljani sabiex jibdew il-proċeduri li se jwasslu biex Malta tieħu l-50 immigrant.