Malta u l-Greċja l-uniċi pajjiżi bi tnaqqis fl-impjiegi

Malta u l-Greċja kienu l-unika żewġ pajjiżi li naqqsu l-persentaġġ ta’ persuni jaħdmu.
Il-persuni li jaħdmu fiż-Żona Ewro żdiedu b’1% u b’0.3% fl-Unjoni Ewropea.
Skont statistika Ewropea, meta wieħed jikkumpara l-ewwel tliet xhur tas-sena 2015 mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet, ix-xogħol żdied b’0.8% fiż-Żona Ewro u b’1.1% fl-Unjoni Ewropea.
L-istatistika turi li l-ikbar persentaġġ ta’ żieda fl-impjiegi kienet irreġistrata fil-Latvja u l-Ungerija. Malta, flimkien mal-Greċja, rreġistrat tnaqqis ta’ 0.4%.
L-impjieg baqa’ stabbli fil-Ġermanja, Franza, l-Italja u l-Olanda.